Nagħlqu L-Bieb.
U nagħlqu l-bieb
għal dan ir-repertorju
ta’ taqlibiet ta’
dak li nħass tassew biex jibqgħu biss
l-effervexxenza
ta’ ragħwa u bżiezeq jibbrillaw
u jfaqqgħu f’wiċċċ
it-tazzi tax-xampanja.
Irridu nibqgħu għaddejjin
f’dal-vjaġġ bla ritmu
sakemm insibu
l-oasi li jmiss
jew l-istazzjon
tal-ferrovija
u ngħoddsu
t-tnejn mill-ġdid fil-baħar tal misteri
biex niġbru
l-frott li jixirqilna.
Int oqgħod hawn
stenieni fuq dil-blata
għax jien għad
niġi ħdejk bil-qabda l-kbira,
Jien nerġa’ nduq
tingiż is-sensazzjoni
u int tnewwili l-platt
taz-zalza taħraq.
Għalina jista’
jinżel għal darb’oħra
tas-sena li
għaddiet separju ieħor
biex fuq il-friex
tal ferħ u s-sagrifiċċju
nindifnu mal
katarvri ta’ ħajjitna.
Alfred Grech
31/12/2017