Webbiltni U Ma Tiġix.
Imqarr jekk jibnu
t-torrti ta’ babel
Wiċċek ma
jisfreġjawħx,
Għax nerġa’ niġi
hawn f’dir-roqgħa art għammiela
Li tibqa’ tħaddar
bl-għaks tal-arja mniġġsa
Biex fiha nerġa’
nħoss il-ħerqa tal-istennija.
Dan hu Milied li
rrid jien ngħix
Għal dak li jrid
jitfaċċa.
Hawnhekk iddur
iddur madwarek
Inkella miegħek
stess
U tara x-xefaq
bla konfini,
Pjaneta fl-oċean
tal-konswetudni.
Ninħaraq jekk webbiltni
u ma tiġix
U jista’ jkun
ukoll li hekk jaqbilli
Għax fl-aħħar
nista’ nisma’
l-għana
tal-anġli, jew leħen is-skiet.
U jekk ma tiżboħx
is-siġra bi ftit dwejjaq
Il-ferħa lanqas
ma jiswa’
Alfred Grech
19/12/2017
No comments:
Post a Comment