135.
Ħajjartek
biex flimkien inkebbsu l-fjamma.
Int għedtli
li hawnhekk kullħadd ikebbes
In-nar
tiegħu. Il-ksieħ jiffriża kollox,
U jmewwet
it-tamiet ta’ bosk iħaddar.
Illum erġajt
ilmaħt ix-xbieha tiegħek
U deherli li
sirt isbaħ minn kif nafek,
Minn meta
mort staħbejt fiċ-ċpar tal-għada,
Bdejt tgħib
qalb id-duħħan ta’ li staqsejtni.
Kont għedt
jien raġel stramb u jien ħassejtni
Qed negħereq
fid-dagħbien li hemm fil-mera.
Imbagħad
ġejt wiċċ imb’wiċċ mal-fehema tiegħek,
U sibt
il-qiegħ, sibt qiegħ fond aktar minnu.
Fil-bogħod
li hemm bejnietna x’seta’ nbidel?
Hux int,
inkella l-mod kif bdejt inħares.
Alfred Grech
27/12/2017
No comments:
Post a Comment