Kien ix-Xitan.
L-istess xitan li
daħal fija u ġiegħelni
nibdlek, kien ix-xitan
li daħal fija
xħin xebbajtni, l-istess
xitan li ġiegħelni
nfittex qsami ġodda;
li ġiegħelni naqbeż
minn fuq ċint
għall-ieħor f-kull dilemma;
l-istess xitan għamilni ekwilivrista.
Dan kien l-istes
xitan li ġiegħlni nfittex
l-identita’
mill-ġdid flok dik li kelli,
Għaliex ma kontx
kuntent bli kont qed nara,
li kien l-istess
xħin tħares ġewwa l-mera.
Alfred Grech
13/12/2017
No comments:
Post a Comment