Friday, 15 December 2017




Il-Ferħa tal-Milied

Ferħ il-milied jistrieħ fuq arbli twal,
Matul triq għamja twassal għal imkien,
Mirfud minn ħbula rqaq t’azzar miġbud,
Tpetpit il kwiekeb jixgħel kullimkien.

Fi dlam tal-itwal lejl u l-iqsar jum
Tax-xitwa resħet tinfed bard irqieq
Tarbija tnewwaħ dak li ma tifhimx
Jekk sebħet hix il-ħlewwa fuq l-għammieq.

Skużat  min qiegħed jirkeb  dahar il-ħmar,
Imperrċa qatta’ kwiekeb imdewwbin
Kull sena trid għad tiġi wiċċ imb’wiċċ,
Bil-flus, bis-setgħa nkella bit-twemmin.

Alfred Grech
20.12.2007


No comments:

Post a Comment