133.
Kont għadni qatt m’għaddejt minn dawn l-inħawi,
U kelli
l-kurżita’ nkun naf x’hemm moħbi.
Illum l’għaddejt
minn hawn għal kemm il-darba,
M’għadnix
ħerqan li ngħaddi għal darb’oħra.
Kull ħadd ifittex
il-farfett li tilef,
Inkella
jiġri wara għasfur li tarlu,
Jew bżieżaq
jonfoħ li jinfaqgħu f’wiċċu,
Biex jimla’l-
baħħ u x-xejn tal-ħofra tiegħu.
Jien niġri
bqajt infittex xi qawsalla
Biex nerġa’
nqajjem dik is-sensazzjoni
Li tqanqal
tifkiriet li jmorru lura
F’dawk l-isqaqien
minn fejn xi darba ħriġna.
Biex nerġa’
nibda’ nifhem: Xejn ma nbidel,
Għax jekk
ninbidel jien jinbidel kollox.
Alfred Grech
13/12/2017
No comments:
Post a Comment