Tkellimni d-Dehera Tiegħek.
Tkellimni
d-dehera tiegħek
Tkellimni b’mod
distint,
Il-par
għajnejn li jinfdu
U kollok int
kemm int.
Il-forma,
t-tondjaturi
It-tul u
l-wisa’ strett,
M’hemmx żejjed
lanqas nieqes
Għax kollox
hu perfett.
Int wild
l-allat t’olimpu
U tqawwi ferħ
ir-ruħ,
Int friska
fl-armonija,
Qalb ġnien
ta’ ward ifuħ.
Min int qatt
mhu se tgħidli
Intix ħolqien
il-għatx,
Inkella fissazzjoni
X’ħin ġejt
għalik ma bagħattx.
Imbagħad tissorprendini
Titfaċċa minn
x’imkien
Taħsadni u
lanqas nibqa’
F’sensija u
naf min jien.
Laqtitni
d-dehera tiegħek
Għalkemm bqajt
ma nafekx
Ninnamra ma
sbuħitek
Imqar jekk
ma nilħqekx.
Int biss
is-simetrija
Tal-qalba
tagħtti x-xtur
Inkella simulakru
Li jqarraq b’kull
ma jmur.
U bdiltek ma
kull waħda,
Naħsibha li
tkun int,
Din biss hi
fissazzjoni,
Ma nafx jekk
iġġennintx.
Alfred Grech
20/12/2017
No comments:
Post a Comment