Eternita’.
Int
bħall-eternita’ fix-xejn ta’ lejla,
Gwardjana solitarja
ta’ dat-tempju,
Bdejt tfesfes
is-sigrieti ġo widnejja
Fud-dlam
tal-lejl kull moħba saret xempju.
Erġajna
sibna abbiss ta’ sofferenza,
Eternita’ ma
wiċċna tilluppjana,
Eternita’
fiż-żwieġ tax-xemx mal-baħar
Eternita’ f’kull
waqt li huwa tagħna.
Alfred Grech
21/12/2017
No comments:
Post a Comment