Ermitaġġ.
F’dawn
l-ermitaġġi mdendla ta’ ħajjitna
Qed nimxu
l-mixja tagħna solitarja,
Qed ngħixu l-ħabs
imqit ta’ kull distanza,
Kull univers
idur ma ta’ madwaru.
Għax hu mod
ieħor kif trid tgħix dil-ħajja;
Dan hu
l-misteru li kull min qed jgħixu
Iħossu l-eremita
qed ifannad
Fis-dlam
tas-skiet u x-xejn li hemm ġo fina.
Għoljiet u
ħotob ta’ pajżaġġ imċajpar,
Joborxu l-poeżija
li rrid nikteb,
Il-muża ma
tiġix u lanqas inti,
Induru u
nimxu b’mistoqsija mdendla.
Ma weġibtekx
mhux għax ma ridtx imwieġbek
Għax lanqas
jien ma naf x’inhi t-tweġiba.
Jien ridt
nittawwal ġewwa, fis-skiet tiegħek
Kien biss
is-skiet ta’ ħajjti li ridt nisma’.
Issib, jekk
tiġi tħabbat, qalb mimlija
Bil-kurżita’,
nirien u lwien ta’ mħabba.
Kun af biss
ħaġa waħda: dal-misteru
Mhuwiex l-istess
jew ma jkun xejn mingħajrna.
Xħin ninżgħu
dan l-ilbies u mmissu l-ġilda,
Insibu lil
qiegħedin niftiehmu aktar.
Alfred Grech
06/12/2017
No comments:
Post a Comment