Diwi.
M’għadnix inżomm
il-pass tar-ritmi tagħkom,
Ir-rima tiegħi waqgħet f’konfużjoni.
Jiġu waqtiet li rrid f’qoxorti nidħol
Għax hemm insib mistrieħ fl-intuwizzjoni.
Ir-rima ta’ xi ħadd li jibqa’
mdendel
F’waqtiet ta qtugħ in-nifs fl-indifferenza,
Għax naf li ż-żmien mhux
jien, iż-żmien qed jgħaġġel
Inkella jiena waqft
fl-insuffiċjenza.
Iż-żmien jaqtagħli n-nifs,
iż-mien qed jgħaġġel,
Jew jien, għax issa twalet
id-distanza.
Jien wesa’ li ġġor magħha
l-għana tagħha,
Mingħajr ebda strument, jien
reżonanza.
Alfred Grech
03/12/2015
No comments:
Post a Comment