XLI.
Xħin int
erġajt ħarist fill-baħħ t’għajnejja,
Fittixt biex
tara dak li kien inbidel,
Imbagħad imsaħt
id-dmugħ minn fuq ħaddejja,
U għal darb’oħra
bdejt jien bħal ninfixel.
Irmejt bi
żball il-barra minn ġot-tieqa
Dak li maż-żmien
daħħalt mill-bieb ta’ wara,
Biex issa
fadal biss waqtiet mixtieqa;
Dak ta’ kull
jum, kull ħaġa bdiet tindara.
Int għidt li
kellek tgħid, erġajt tennejtu,
Jien lanqas
sibt il-ħin biex nislet isem,
Il-kliem
sabiħ li għedtlek issa nsejtu,
Ħassejtni nerġa’
ntir bħal ruħ bla ġisem.
Ma tmiem
il-jum għalkemm nistħajjlek ġejja,
Inħoss xi
ħaġa nieqsa, u ftit tal-għejja.
Alfred Grech
25/11/2011
No comments:
Post a Comment