XLII.
Jien kavallier
li xbajt fuq l-iskakkiera,
Jien kavallier
li jħobb ixul fl-imwiegħer,
Jinqata’ minn
mal-kotra bla bandiera,
Ħajjti nilgħaba
f’tarf xi rdum imxiegħer.
Infittex
lili nnifsi f’dit-triq twila,
Sal-lum ma
nafx hux aktar qed nitbiegħed,
Inkella jekk
wasaltx, il-mixja tqila,
U dawl
miniex qed nara, dak l-imwiegħed.
Mixja
fit-tul; mid-dlam għad dawl tal-ħajja,
Stagħniet ir-ruħ
kull meta sibt nitlaqa’,
Il-libsa
tal-qadim, ħallejt warajja,
Inqum,
nitfarfar nerġa’ kull xħin naqa’.
U jekk biex
nimxi par saqajn biżżejjed,
Jien ġwienaħ
ma nambix, ferħan u ġwejjed.
Alfred Grech
28/11/2011.
No comments:
Post a Comment