Għalxejn Nipprova Noqrob.
Għalxejn
nipprova noqrob
U nifhem sew
l-għaliex,
Il-“kif” hu
kunċizzjoni
Biex nasal kif u biex?
Id-dlam
taraħ jitqanqal
U jgħatti
minnufiħ,
Tnehida li
trid toħroġ
Mill-fond ta’
bir bla qiegħ.
Misteru qed iċarċar
U jġelben mal-ħaddejn
U tqum
il-mistoqsija,
Dan kollu,
dan għalfejn?
Jien naħsbek,
jien noħolqok
Għax fik
insib bersall,
Irrid f’xi
ħadd inwaħħal
Kull xħin
fiċ-ċpar ninħall.
U tikber dik
il-ħofra,
Fejn nidfen
dan l-uġih
L-uġih li
jibla’ kollox
Jisfronda sa
mill-qiegħ.
Alrred Grech
07/12/2017
No comments:
Post a Comment