Monday, 4 December 2017



6.

Li kieku int u jien hawn qatt ma ġejna,
Idejn xulxin f’xulxin, f’għajnejja tħares,
Tisraqx fis-skiet tweġiba li ħarrbitlek
Bħal kemm il-waħda qabel tistaqsini.
Li kieku tieqaf taħseb x’hemm x’jiġbidna
Bi spaga ma tidhirx kull xħin ninfirdu
Bħal kieku jien miniex jekk inti lanqas,
Imħabbla daqs il-kobba msejjħa mħabba.
Inħobbok kemm il-darba tħobbni lura,
Inħobbok lanqas biss ma naf il-għala,
Naf biss li xħin inħoss il-baħħ li tħalli
Bħal ħares jibqa jippersegwitani.
Li kieku qatt ma kont jien, lanqas inti,
Min kien ser jieħu ħsieb il-fjamma jixgħel?

Alfred Grech

17/11/2011.

No comments:

Post a Comment