M’hemmx Agħar Minn Din il-Kesħa.
M’hemmx
agħar minn din il-kesħa,
Il-kesħa ta’
ġol-qlub,
Il-ħemda
sfat mifruxa
U tolqot
bil-maqlub.
M’hemmx
aktar fejn tmur tista’,
Lil hinn
minn dan iċ-ċint,
Għax waslet
sa qiegħ ruħi
Imqar jekk
ma tkunx int.
Waqajna
t-tnejn fil-muta,
Inħarsu lejn
xulxin,
Fil-muta ta’
bla kelma
Għarwiena w imkebbin.
Kull darba
li niltaqgħu
Inħarsu lejn
xulxin,
Int lili
sewwa tifli
U nibqgħu
għaddejjin.
Alfred Grech
22/12/2017
No comments:
Post a Comment