Ħalliha Tnixxi l-Poeżija.
Kull meta tiġi
tgħidli ma nbaxxix
Il-barrikati jien
inħallik hemmhekk biex tibqa’ mħawwla
Fit-trab li fih
trabbejt.
Ħalliha tnixxi l-poeżija,
Bħalma tnixxi
k-għajn tal-ilma ġieri,
Trid taħrab, ma
tistax minn din it-tnalja
Mill-ħerqa li
tintilef fit-twissija.
Għaliex iż-żmien
li nuru rwieħna dgħajjfa
Issa għadda u
mar,
Xħin nibda’
nħares fiss f’għajnejk
Minsubin hawnhekk
biswit xulxin fuq dal-kafe’
Bħal twieqi għal
ġol-abbissi tat-telfien,
Int tibda ssir
il-mera tirrifletti
Il-mewġ seren u
kwiet tal-infinit
Jirbombja ġewwa
fija l-matra antika
Biex bejn in nifs
ta’ sidrek tiela’ u nieżel
Tiskatta l-melodija
intiwittiva
Ta’ x’tista’ tkun
id-dinja ta’madwari
Mingħajr il-ħlewwa
tiegħek.
Imbagħad tkun taf
għaliex irrid inżomm il-bogħod
Inżomm il-ħabel
ta’ Żefiru, ta’rwiefen maħrubin,
L-irwiefen
tal-imħabba;
Bħal meta x-xita
tħedded li se traxxax,
Bħall-arja xotta
ta’ deżert li jikwi
L-irwejjeaħ ta
dir-ruħ li għandha nixfa
Maqsuma u
frammentata qiegħeda tfittex
Dik l-id li trid
tiġborha.
Issa li l-lejl
daħal il-ġew
Nistaqsi lili
nnifsi u ngħid: Il-għala
Ma ngħollix
ħarsti ‘l-fuq minn flok ma nħares fiss f’għajnejk?
Għaliex kull meta
nħares fiss f’għajnmejk, jien nara x-xefaq?
Alfred Grech.
16/01/2016