XIV.
Kull bidu f’ħolqa
t-tarf idomm mibdija,
Ġrajjiet fiż-żmien
kull waħda wara l-oħra.
Twelidi lanqas
naf kienx jgħodd għalija
Bin id-destin,
setax ikun xort’oħra.
L-għażliet
tal-bidu kienet ta’ ħaddieħor,
Biex stajt jien dħalt
f’dil-ġrajja kif mibdija;
Nissokta ma ħaddieħor
wara l-ieħor,
Li ġara kien,
aktarx sibt jien xortija.
Kull bidu ta’
tmiem ieħor hu t-tkomplija
Sakemm il-barra
joħroġ minn idejna;
Iħabbar it-tiġdid
f’ħajjiet moħlija,
U lilna jerġa’
jbiddel qabel bdejna.
Kull att tal-bidu
jġorr il-biża miegħu,
Tal-mhux magħruf
ifittex it-triq tiegħu.
Alfred Grech
14/10/2011
No comments:
Post a Comment