Imm’Aħjar Ma Niltaqgħux.
Imm’aħjar ma
niltaqgħux
Għaliex ninqabdu
f’xi ħolma żbaljata
U jaqbdu magħana
ix-xakalli
U jaqgħu
l-kwiekeb mis-sema.
Ikun aħjar li
t-tnejn li aħna
Nibqgħu moħbijin
fil-bosk fejn hemm moħbija
Dawk tal-vista
qasira
U nibqgħu
mingħalina qed indommu
Il-ħajja ta’
kuljum.
Ikun aħjar li
nibqgħu mitlufin
Fir-rassa ta’
dil-merħla qed tfittex
Lill-alla
tal-inkredulita’,
Fejn la hemm ferħ
u lanqas niket
Fejn ma nżidu
xejn mal-korollarju
Ta’ ġrajja ġa
mitkuba.
Mingħajr ma
naqsmu xejn mid-dwejjaq ta’ xulxin
Biex għada
jkollna l-premju li wegħeduna.
Għax f’din
in-nassa jiena waqajt
Bħalma waqgħu
dawk ta’ qabli;
Nitlaq jien,
ħaddieħor floki.
Imm’aħjar ma
niltaqgħux
Għaliex jekk
tassew iseħħ das-seħer
Din għad tista
tkun il-ħrafa.
Alfred Grech
03/01/2017
No comments:
Post a Comment