Indifferenza.
Imqarr li naf li
jien twelidt taħt kewkba feġġa,
Fi żmien ħażin u
xejn ma jista’ jsir
Biex dan
jissewwa.
Imqarr li għall-li
ġej hemm min jiftakar
Li jien ma kontx
il-vittma ta’ li ġara
‘Mma kelli l-ħila
noħroġ minn dal-jasar
Li fih jinsab
kullħadd u nħallas prezzu.
Kull meta nwieġeb
“iva” għal din is-sejjħa
Ma nafx jiniex
żbaljat jew viżjonarju
Għax ruħi qisha
sit arkeoloġiku
Fejn jinżlu
jħaffru.
U jekk tistaqsi
bdiltx il-ħsieb, it-ton, l-istrateġija,
Jien nibqa’ ma
nweġibx.
Jien naf li kont
ilsir tat-trasparenza,
Passjoni,
tqanqiliet jew entużjażmu,
Mistħija, qtiegħ
il-qalb ukoll kburija,
Ta’ tradimenti,
dwejjaq u rġulija.
Imm’ issa nerġa’
mmur nintefa’
Fix-xmara
tifkiriet li tiġri b’lura.
It-tifkiriet
imbagħad li jirxuxtaw
Xitana qalil – l-indifferenza.
Alfred Grech.
25/01/2017.
No comments:
Post a Comment