XII.
Dawk li twemminhom ma jinħtieġx id-difna
Iserrħu l-art
mill-ġabra ta’ kull biċċa,
Tal-Ħajja u mewt,
u mewt u ħajja ż-żifna
Kulħadd f’tad-dellijiet
is-saltna spiċċa.
Għalhekk kull
mafkar kif ukoll kull qabar,
Hu biss tifkira
għal min f’dil-ħajja baqa’;
Jistrieħu dawk li
llum qiegħedin fis-sabar,
Ma jiġri xejn
jekk l-art u s-sema’ taqa’.
Mill-fdal, sisien
tal-arkeoloġija,
Tal-eqdem
żminijiet nitgħallmu l-ġrajja,
Tinbena fuqhom
ħafna teorija,
B’hekk sirna nafu
kif imxiet il-ħajja.
Li kieku dawk li
ġew m’emmnux f’ħajja’oħra
Kitbet l-imgħddi
kien ikun xort’oħra.
Alfred Grech
02/10/2011
No comments:
Post a Comment