108.
“And when each
day is the same as the next, it’s because people fail to recognise the good
things that happen in their lives every day that the sun rises” Paulo Coelho:
The Alchemist p.27.
Vertiġinuża
r-realta’ xħin tqum filgħodu
Tistenna l-matutin
tal-ħsibijiet imxekkla,
Tiċċassa jekk
tkun taf li dan jum ieħor
Bħal dawk il-jiem
ta’ qabel ser jitgerbed.
Ma taħseb f’xejn,
tistenna xejn li għada
Għad jista’ jkun
xi ftit jew wisq jixxiebaħ;
Filgħodu tibza’ ’llum
hu differenti
U tibqa’ mwaħħal
hemm fl-istess binarju.
Illum ikun bħal
bieraħ u ta’ qablu,
Għax ma tistenna
xejn li se jinbidel,
U tidħol
fir-ritwal bħal fir-rutina,
U tibda tibza’
tbiddel anki nota;
U tgħereq fil-morbosżita’
tad-dieqa
U tibda flok
ingassa ssib ħannieqa.
Alfred Grech
21/01/2016
No comments:
Post a Comment