109.
Ja riħ
tat-tramuntana li ġġor miegħek
Kull deni li
jittieħed ma kull fewġa
Iġġiegħel lil
kulħadd fis-skiet ta’rkejjen
Għas sħana
tal-fuklar li n-nar jiċċassa.
Ja riħ
tat-tramuntana li ġġorr miegħek
L-irwejjeħ
tat-tamiet ta’ min pajjiżu
Ħallieħ warajh
biex kompla fit-triftixa
Ta dak li lanqas
jaf, il-ħolma tiegħu.
Ja riħ
tat-tramuntana li tkellimni
B’lingwaġħġ li
mhux tal-kliem jew b’xi taħżiża
Li tista’ tfissru
biss din l-għanja siekta
Li tibqa’ tidwi
wkoll mal-ħajja wieqfa.
Imm’int ħafif,
int ħieles bl-ebda rabta’,
U tonfoħ kull fejn trid, hekk ħabta u sabta.
Alfred Grech
23/01/2017.
No comments:
Post a Comment