Friday, 20 January 2017



U Mbagħad Ġie Żmien.

U mbagħad ġie żmien, ma bqajtx iċċempel aktar
Għax forsi nbaħt dil-leħma fejn wasslitna,
Aktarx li ma konniex qed nistennewha:
Bufffura riħ malajr lit-tnejn qalbitna.

‘Mma llum li għadda ż-żmien u l-għajru staħba
M’għadniex inkejjlu l-ħin għad-dell fil-ġonna
Inħarsu t-tnejn li aħna lejn l-imgħoddi
Nistaqsu lil xulxin hux aħna konna.

Alfred Grech
20/01/2017

No comments:

Post a Comment