Il-Bieraħ Kont Narak Tassew Sabiħa.
Il-bieraħ kont
narak tassew sabiħa,
Illum m’għadnix.
Sirt bħal ħaddieħor.
Il-bieraħ int
għalija kont misteru
Illum m’għadekx,
għax drajtek.
Il-bieraħ deherli
li kont naf x’irrid mingħandek
Illum ma nafx
daħalli d-dubju.
Il-bieraħ kont
bdejt nemmen li kont tgħidli
Illum m’għadnix
għax forsi nbdilt.
Bqajna hawnhewkk
it-tnejn li aħna
Fuq xatt il-parodija,
Għax nafu li jekk
nagħmlu xi pass falz
Nitilfu kollox.
Alfred Grech
09/01/2017
No comments:
Post a Comment