110.
“When we don’t know
where life is taking us we are never lost”. - Paulo Coelho, “The Spy” p.68.
Int mara ta’ bla
wiċċ u ta’ bla sura,
Li taf xi nħoss,
li taf xewqati taqta’,
Xi prezz kont
lesta tħallas biex jien ngħidlek
Li jiena tiegħek
biss, li m’hemmx ħadd ieħor?
Int li kont lesta
toqgħod hawn tistenna
Eternita’ biex
tara fejn trid tasal,
Xi prezz kont
lesta tħallas biex tkun ċerta
Li jien ma
ninbidilx? Li dak li wiegħedtek
Kien l-eliżir li
jagħmel il-mirakli?
Xi prezz hu
tajjeb? Ebda prezz ma ħaqqni!
Hu biss il-jien
li jrid isib il-milja tiegħu
Għax waħdu ma
joqgħodx f’dina l-eżistenza
Tax-xejn u
l-baħħ, mal-unita’ li jiena
Ma baqgħalix lil
min nindirizzaha.
Alfred Grech
28/01/2017
No comments:
Post a Comment