111.
Xħin nibda’
nemmen li dil-ħajja bandla
Bejn dak li lest
li nagħmel b’qalbi kollha
U dak li ma rridtx
nagħmel iżda jkolli
Għajnejja ngħalaq,
nagħmlu kontra qalbi.
Xħin nibda nara
l-ġenn li hawn madwari
Kullħadd mifxul
isegwi l-alla tiegħu
U dak li kont
emmint il-bieraħ sfratta
u nqaleb ta’ taħt
fuq għaliex kif jgħidu
l-istorja għad
mill-ġdid tinkiteb terġa.
U dak li ħsibt li
kien s-sewwa aħħari
Kien biss tagħlim
qadim skond il-burdata
Fix-xena li
tispikka kienet dari.
Xħin noqgħod
ħiemed ngħarrex hawn madwari . . .
Nitħajjar nibda’
nfittex ħolm band’oħra.
Alfred Grech
30/01/2017
No comments:
Post a Comment