Wednesday, 18 January 2017



XIII.

Aħjar serħan insib fuq ġwienaħ l-għana,
Nitkellem b’dak l-ilsien li tifhem qalbi;
Newbiet il-ħsieb fil-ġnien tal-moħħ tistagħna
Waqt li t’hemm fuq ikun qed jisma’ talbi.

Bħan-nida fuq il-ward fil-ġonna tagħna,
Li wara tlugħ ix-xemx issibha għabet,
Hekk ħsieb jitwieled, miegħu jiġi l-għana,
Waħedha r-ritmu mbagħad tkun l-għanja sabet.

Minn moħħi nqaċċat kull żarġun ta’ ħtija,
Ta’ qtigħ il-qalb, biża, ħsara, mibgħeda.
Inħawi nfittex fejn il-bogħod mill-bqija
Bil-ferħ nissorprendiha fejn tkun qiegħeda.

Min taħt tar-rebħ l-arkata tgħaddi miegħi,
Li tiżboq tal-ħelsien il-beraħ tiegħi.

Alfred Grech

09/10/2011

No comments:

Post a Comment