Int Bħal Dawk l-Irdieden.
Int bħal dawk
l-irdieden tal-ġigġifogu,
Mank tilħaq
tmissek ftit, mall-ewwel titlaq,
Iddur, iddur,
iddur u tarmi d-dija,
Tinħela mbagħad
malajr u tibqa’ għaddejja.
Inti bħat-temp
kull meta jitla’ l-ajru,
Fost beraq,
ragħad, irwiefen u sajjetti.
Xħin tagħmel
ħalba xita tmur u tgħaddi,
U kollox għal li
kien, għax saħħtu ħela.
Alfred Grech
19/01/2017
No comments:
Post a Comment