105.
Min jaf, min jaf
jekk jibda’ jgħid il-gawwi
Li jirgħa fuq
il-mewġ ta’ baħar delli;
Min jaf jekk
jista’ jiftaħ ħalqu ċ-ċinju
U jgħid kif kien
it-temp tal-ewwel safra.
Min jaf ix-xemx
fil-kjaroskur ta’ lejla
Kif tislet minn
tal-jum ix-xrar ta’ tama,
Kemm dubbji, kemm
stennija u ħolm li ntefaq
Fuq dahar
ix-xorti tilgħab dil-partita.
Jispiċċa kollox,
kollox jerġa’ jibda’,
Fuq din il-ġostra
li tissejjaħ ħajja,
Bħal meta taqa’
l-borra u d-dalma tinżel,
U għada terġa’
titla’ x-xemx timbotta,
U terġa’ tagħti
spinta ’l-dil partita
Biex terġa’ ddur
darb’oħra mal-arena.
Alfred Grech
05/01/2017
No comments:
Post a Comment