107.
U nerġa’ jien
nistaqsi lili nnifsi,
Liem’hu dak
ix-xitan li qed iġiegħelni
Nirreċta
dal-kopjun xħin nasal għandek,
Xħin jien kont
naf minn qabel fejn ser iwassal.
Minn meta ltqajna
t-tnejn għall-ewwel darba.
Għax dal-kopjun
ma kien qatt jgħodd għalina,
Imbagħad
bl-iskuża antika tal-imħabba
Kont inti mgħaġġla
wkoll li tidħol miegħi
F‘das-sotterran
li minnu triq mhemmx lura.
Int bħali ma
kontx taf min fejn ridt titlaq,
X’inhu l-effett
ta’ qrara hekk spontanja,
Maqsuma bejn
ħatejn, u bejn il-ħalel
U bħali kont qed
tħoss il-ħabel jiġbed,
Mingħajr ma taf:
il-ħabel tal-ingassa.
Alfred Grech.
15/01/201
No comments:
Post a Comment