Jekk Trid Tieqaf Tistaqsi.
Jekk trid
tistaqsi tieqaf
Jekk lili ma
tafnix,
Minn bejn is-sħab
tittawwal,
U bqajt ma
tgħarafnix.
Hekk trid issir
taf lili,
Mhux trossni ġo
kexxun,
U l-għelm li
twaħħal fuqu,
Ikun kull kif
ikun.
Miniex oġġett li
tmissu,
Inkella li tpinġih,
Li tagħġnu qisu
tafal
U tagħmel li trid
bih.
La mmur u lanqas
niġi,
La qiegħed hawn ‘qas
hemm,
U tista’ tpoġġi
sebgħek
U tħossni ma naf
kemm.
Jien lanqas kont
il-bieraħ,
U għada ma
tafnix,
Jekk ftaħt
għajnejk tistaqsi,
Jekk rajtni m’għaraftnix.
Lil hinn minn dak
li tara,
Jew dak li jista’
jkun,
It-toqol ta’ kull
ħtija
Mingħajr ma tkun
mgħejjun.
Lil hinn
mill-biża’ t’għada
U l-għadab
tal-ħelsien,
Jekk tfittex ftit
is-sewwa,
Issibni kullimkien.
Alfred Grech
06/01/2017
No comments:
Post a Comment