Xi Jġiegħlom?
Xi jġiehlom ibiegħu
ħajjithom
U fittxu li s-sema jkun nir;
Il-bnazzi ta’ baħar imġebbed
Sa jaslu fil-port bla
tnikkir?
Xi jġiegħlom itarrfu
ħajjithom
Fuq gomma mifqugħa bla riħ
Titbandal fuq wiċċ mewġ iċ-ċaħda
Jilgħadu max-xorti bis-sħiħ?
Il-qilla tal-karba li
twassal
Fuq l-ilma, traġitt bla
mitmum;
Xi jġiegħlom jitilqu jew
jagħmlu
Dil-qabża’ fid-dlam f’tarf
l-irdum?
Alfred Grech
18/04/2020
No comments:
Post a Comment