Saturday, 25 April 2020

A Demographer's View of the Coronavirus Pandemic | The New Yorker


Bħal Porvli.

Bħal porvli dawn il-ħsibijiet
U bħat-trab li jinġarr mir-riħ
U jidħol fl-għajnejn.

Xħin infetħu l-gaġeġ ħarġu x-xadini
Jixxabtu mas-siġar tal-bosk
Fejn konna sibna rwieħna.

Issa li erġajna sibna s-skiet
Kien ukoll is-skiet ta’ ruħna
Għax tbieghħedna mid-dħaħen
Tal-illużżjoni u stajna nifhmu aħjar
Għaliex kienet meħtieġ dan it-tiġħrib
U din l-imxija.

Sirna nafu aħjar minn huma tassew
L-anġli tas-sema u x-xjaten tal-infern
U bdejna nitbiegħed minn dawk l-allat tat-tafal
Li quddiemhom konna ninżlu għarkubtejna.

Issa li erġajna sibna s-skiet
Intbaħna li ħriġna wkoll mill-manikomju
U sirna nafu minn tassew huma
Il-qddisin tas-sema.

Alfred Grech
25/04/2020

No comments:

Post a Comment