Bżieżaq.
Bżieżaq tal-arja f’wiċċ
l-ilma
Ninġarru mal-kurrenti.
Jekk in-nar trid tiġġilidlu
b’nar ieħor
Jekk għal kull qawwa
Trid qawwa daqsha biex
tilqgħalha
Jekk kif jingħad: kelb
rieqed la tqajjmux
Mel’issa kunuafu
Li dan hu tir tal-bidu
U terrimot qabel jiżbroffa
l-vulkan.
Mel’issa avżati.
Tagħmluna aggressivi
Tqanqluna ġewwa fina
Il-qilla primordjali
Tagħmluna iljuni feroċi
Ma tħallulna ebda għażla
oħra milli nkunu
Jekk mhux għedewwa tagħkom.
Imbagħad rebbieħa nerġgħu
lura
Mill-ġdid nibdew nilgħabu
Il-logħba tal-imħuħ
Li jiffissaw fil bżieżaq
tas-sapun.
Alfred Grech
28/04/2020.
No comments:
Post a Comment