Illum.
Illum madmad li rassew fuqna
il-prepotenti allat
Tal-kuntemplazzjoni tagħna
Darba li tista’ tgħid u
tikteb li trid
Fil-klima tal-espressjoni
ħielsa
U tal-konfoffa biex ħadd ma
jagħrbel
U jgħaddi mill-meries
Biex inqas ma tkun tinftehem
Iktar tintlaqa’ u aktar
iċapċpulek.
U għalhekk ejja noforqu
l-ħallel
Ħalli ngħaddu minnu bl-inqas
ħsara u b’inqas uġih.
Iżda filwaqt li kulħadd kien
qed iħares
Lejħ innifsu ġewwa l-mera
Huma ġew u ħadulna l-veduti
tagħna
Ħadulna ruħna u dak kollu
Li konna nafu jew drajna bih
U f’daqqa waħda sirna aħna
l-barranin
Interrqu das-sqaqien mudlama
Ta’ dil-kuntrada qadima tagħna.
Jibqgħu ma jafux għax moħħom
ma jagħtihomx
Kemm huma kbir il-waħx u
kemm hi kbira
Il-ħerba li ħallew.
Alfred Grech
25/04/2020.
No comments:
Post a Comment