Monday, 13 April 2020


ChangeNOW - International summit for change | ChangeNOW – Global ...

Il-Bidla.

Jiena għamiltha l-bidla,
Għax inbdilt kollni kemm jien
U rajt li kollox u kulħadd madwari
Qed jinbidel.

Issa qed nistena ħalli nara
l-bidla tagħkom
ma jistax ikun li jibqa’
bħalkieku xejn ma ġara.
Ma tistgħux tibqgħu sejjrin
Jew tagħmlu ta’ bir-ruħkom
Bħalkieku kollox kif kien għadu.

Sinjali ntbagħtulna,
Il-kitba fuq il-ħajt rajniieha.

Jien il-bidla għamiltha
Issa qed nistenna lilkom
Bl-irġulija u b’rieda tajba.

Alfred Grech
13.04.2020.

No comments:

Post a Comment