Għajjietna Din Il-Mixja.
Għajjietna din il-mixja
Iddallam moħħna
U ġisimna raqad.
Tal-bieraħ ma kienet xejn
għajr
Rebħa efimera fuq l-għadu
Għax l-għada qomna mill-ġdid
Bl-uġih ta’ ta kif
Se nwasslu sa filgħaxija.
U issa lanqas nafu x’inhu
Jiġri għax lanqas għadna
nemmnu
Dak li nisimgħu.
U meta noħorġu mill-friex
tal-ħolm
U xewqat safja
Insibu ruħna qiegħdin ngħumu
F’wiċċ l-ilma ġieri
U ninġarru mill-kurrenti
Ta’ li qed jiġri
U nkomplu fejn ħallejna
Il-bieraħ.
Alfred Grech
11/04/2020.
No comments:
Post a Comment