Ma Jibqa’ Xejn.
Ma tibżax mit-tmellis tiegħi
It-tmellis tiegħi bħal tal-baħar
Daqqa jbewwes l-x-xtajta
U daqqa jkun imqanqal
F’kull meta jitla’ l-ajru.
F’kull kelma li ntennilek
F’kull sillaba mtektka
Hemm int issus u tnaqqar
Hemm seħer ħmar il-lejl.
Mhemm xejn f’dad-dramm
Mhemm xejn wara siparju
mxennaq
Xħin jieqaf in-nifs
Jinhtfew ir-rifletturi.
Tilqa’ l-isfida bla ma trid
U tgħannaq is-siġra
tal-għerf
U tgħannaq is-siġra
tas-salib
U ejja għal darb’oħra
Nitilgħu fuq l-għolja
Nitilgħu it-telgħ
tal-kalvarju
Talinqas għall-isfida.
Ma jibqa’ xejn mil-leħħa ta’
kull waqt
Mid-dħaħen wara l-isplużżjoni
Imbgħad is-skiet, ix-xejn u
l-ħemda.
Alfred Grech
29/04/2020.
No comments:
Post a Comment