Friday, 10 April 2020



Inspector of Hospitals Ralph Green and the plague in Malta of 1813

Idillu Ta’ Pandemija.

Kien hemm bżonn tal-pandemija
Kien hemm bżonn ma jibqa’ ħadd
Mingħalih li hu xi seqer
Kollox jaħtaf u ’l-kullħadd.

Kien hemm bżonn li waqfu r-roti
Biex minn qiegħed jara kbir
Min għalih ma hemmx konfini
Ruħu jsib malajr ġol-bir.

Sabiex dawk li ħatfu u ħarbu
Jispiċċawlhom il-ksuħat
Dawk li ntefħu u kibru żżejjed,
Kollox frugħa tal-frugħat.

Kien hemm bżonn li kollox jieqaf
U x’aktarx dan hu l-mument
Ta’ ċaqlieqa biex jitheżżeż
Saħansitra l-pedament.

Kien hemm bżonn ta’ xi rewwixta
Jew iweġġgħu ħafna nies
Iżd’aħjar dil-pandemmija
Biex kulħadd jiqsar bil-qies.

U hekk il-kbir maż-żgħir jintlaqat
Ħadd ma jgħid li hu r-rebbieħ
Hekk kullħadd ikun intaġar
Ħadd ma joħroġ qawwi u sħiħ.

Alfred Grech
10/04/2020.

No comments:

Post a Comment