Nonfħu xi Bużżieqa.
Qiegħdin tfittxu l-farfett
li tliftu
Jew tonsbu għal għasfur li
tar?
Ejjew hawn, fuq din l-art li
tnixxi
Ħalib u għasel
Fejn iqumu u jirxuxtaw minn
bej’ l-imwiet
It-tqanqiliet li huma
It-tifkiriet mitlufa
Waqtiet li għaddejna minnhom
Iż-żmien m’għadux li kien
Inkella ż-żmien waqaf.
Tal-eternita immissu biss
ix-xifer
Xefaq kulur ix-xemx nieżla
ix-xemx li tiġġedded jew
tiġġebbed.
Din l-logħba ta’ tfulija
Niġru wara xulxin
Intajjru ħamiema
Jew nonfħu xi bużżieqa.
Alfred Grech
08/04/2020.
No comments:
Post a Comment