Limbu.
Fil-Limbu fejn ma tkunx taf
aktar
X’inhu jiġri minnek
Hemm il-ħabs ta’ dak li
jiġri qed madwarek.
Fil-ħabs fejn xejn ma jiġri
ġdid
Kollox jitkejjel bit-toqol
tiegħu stess
U toqgħod il-logħba tilgħab
bik innifsek
Logħoba li ġa drajt
Logħoba li tilgħaba biex
tqanqal ġewwa fik
ix-xintilla tat-tiġrib.
Tista’ tagħmel ta’ bir-ruħek
Li għad tgħix għal dejjem
Għax inti wild l-allat
Fl-evanexxenza tat-tifsir
tal-ħajja
Tal-iħirsa ta’ bla għamla
Li jippersegwitawk fil-ħolm
qalil.
Fil-ħemda tal-kjostru
Kwarantina tkun bla taf
Jekk hux lejl inkella nhar
Jew jekk għada hux se jisbaħ
Jew jekk jisbaħ ikollokx għaxja ta’ lejla.
Hawnhekk fil-bitħa ta’ ħabs
ir-riħ
Kwaratina mill-inkwinament t’hemm
barra
Ma tħossokx ħieles li tista
tgħanni
Jew timraħ għax sibt
it-tweġiba
Għal kull mistoqsija li
staqsejt.
Alfred Grech
03/04/2020
No comments:
Post a Comment