Wednesday, 1 April 2020



A Voice in the Desert Crying Out: Reflections for the Third Sunday ...
Għajta Fid-Deżert.

Le din għajta fid-deżert
Tirbombja f’nofs misraħ battal,
Mixi fi dlam tas-sotterran,
U ħmar il-lejl li jirrikorri
U dak lil tassew għażiż galina
Issa ntilef, jew insteraq
Jew kissruħ.

Ma ningħarfux minn dak li konna
U l-imgħoddu pseudo-storja.

Inti taf li ta’ kull darba terġa’ lura
Mhux għal li kont iżda biex idduq
Mill-ġdid il-kalċi tal-imrar.

Din saret art l-ilpup feroċi
Ta’ nies miftuħa daqs umbrella
Ġo bitħa ta’ ħabs perpetwu.

Nippassiġġaw u nduru dawra mejt.

Alfred Grech.
01/04/2020.

No comments:

Post a Comment