Thursday, 9 April 2020


7 Omens That Herald the Dark Night of the Soul ⋆ LonerWolf

Tlift Ir-Ritmu.

Issa ntbaħt li tlift ir-ritmu,
It-taħbit m’għadux li kien
Naqta’ qalbi ‘kk tgħaġġel iżjed
Dan il-vjaġġ bdejnieħ flimkien.

Floki mbagħad ħaddieħor jidħol
Jista’ jkukn li minni xbajt;
Tħares lura, tara ħares,
Jew l-abbiss li fih waqajt.

Żommli jdejja għax qed nibża’,
Fuqna waqa’ dlam ir-ruħ,
Żommli jdejja għax naqta’ nifsi
Qed inħossni ġa mirbuħ.

Alfred Grech
09/04/2020.


No comments:

Post a Comment