Wednesday, 15 April 2020



La Peste à Rome - Stair Sainty - Stair Sainty

Liema Taqbida.

Liema taqbida rrid niġġieled
Liema bandiera hija tiegħi
Liema stemma nġorr fuq sidri
B’liema għelm irridnitfakkar?

It-tikira tiegħi hija jien
Għax dak li jaf ħaddieħor
Hu dak li jibqa’ minni.

L-imxija nġorrha miegħi ta’ kuljum
Ħaddieħor jiġġildilha,
Ħaddieħor jaħrab minnha
Jew jaħseb f’xi ħaġ’oħra.
Jien nisfidaha
Għax nibqa’ għaddej
Minn fost l-imniġġsa
U l-iġsma tal-mejtin
U ngħid li jiena msaħħar.

Alfred Grech.
15/04/2020.


No comments:

Post a Comment