Int Tlaqt u Ħriġt.
Int tlaqt u ħriġt minn fuq
il-palk
Waqt li r-rifletturi kienu
fl-aqwa tagħhom
U għereqt fil-baħar ta’
qtigħ il-qalb.
Int’ ħriġt mill-mira
tar-radar
Bħal meta jintilef ajruplan
Mingħajr ma ssirt tfittxija.
Int tlaqt id-dramm tagħna ta’
kuljum
Bejn att u ieħor u r-rima li
ħallejt
Kienet bla sekwenza
U jiena bqajt intenni waħdi
Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha
rużarju solitarju.
Imbagħad erġaj tfaċċajt
Bħalma jitfaċċa dawl
tal-fanal
Li juri lill-baħħara li
l-art qorbot
U ntfew il-kwiekeb kollha
Ta’ lejl li jrid iferrex
id-djamanti
Fuq il-baħar seren.
Imbagħad sirt bħal ġerħa ta’
xi ħadd
Li ndarab għall-għarrieda
U baqa’ ma jistax ifieq minn
dik il-ġerħa
Li baqgtħet tnixxi demm u
ilma.
Alfred Grech
22/04/2020
No comments:
Post a Comment