Jekk Tibqa’ Ma Tiġix.
Jekk tibqa’ ma tiġix,
iċċedi l-art u jaqa’
l-edifiċċju
U bid-dwejjaq li t tħallili
għandi mnejn
Li nibda nifhmek aktar.
U jekk tibqa’ ma tiġix
Ma jiġux il-predaturi
Ifittxu qalb ir-ramel
Kull pass li għamilna.
U hekk ikun dal-palk efimeru
Li fih irreċtajna l-ħajja
tagħna
Xi ħaġa li stajna nagħmlu
biss
Quddiem udjenza.
Alfred Grech
14.04.2020.
No comments:
Post a Comment