Saturday, 4 April 2020


COVID-19 — Coalition to End Social Isolation & Loneliness

Hekk u Hekk Biss.

Hekk u hekk biss nistgħu negħelbuha
Din is-sħaba tal-iżolament imġiegħel
Meta nisbu li stajna naqbdu niktbu
Għax kienet ġejja l-mewġa
U f’daqqa waħda kollox waqaf.

Jien stajt qatt ma sibt il-faraġ
Minn dak li kont qed tgħidli u kulħadd
Jibqa’ jitgħabba bit-toqol tiegħu.

Le din mhijiex it-tweġiba
Din biss qabża fid-dlam
Biex nibqgħu niftakru
Li xejn mhux garantit
U jekk stajt qatt imbexxaq fommi
U nħott it- tgħabija tiegħi fi ħdanek
Int qatt ma stajt titkebbes
Bin-nar li għandi jaħraq ġewwa sidri.

Bħas-silġ li jqattar fuq ud-dmugħ iġelben,
Bħax-xita traxxax fuq ġisem għeri
Ħassejtha kull tweġiba
Bħal meta int u jien nitkellmu
U int tibda titkellem fuq ħaġ’oħra.

Iżda xorta waħda niġi għandek
Għaliex is-skiet jinkini inkella
Ma stajtx insib ilsien
Li bih int stajt tifhimni.

Alfred Grech
04/04/2020.

No comments:

Post a Comment