Tqila.
Tqila li torbot idejk u
tingħalaq ġo gaġġa,
Ġol-ħabs ta’ dak li ħsibt li jista’ biss ifarrġek
.
Tqila li tintrabat
U tixxekkel bix-xatba tiegħek
stess li tagħti
Għat-triq li twassal għall-għażliet
il-ġodda
It-toroq tal-infinit
Fejn lanqas biss tiftakar
Minn fejn bdejt.
Trid titlaq minn fejn
ħallejt is-skiet tiegħek
Trid tħalli x-xtajta
desolata u toħroġ mill-baħar li fiħ għereqt
Biex tibda’ turi lilek
innifsek it-toroq ġodda li qatt ma terraqt
Jew is-sqaqien li qatt ma
dħalt ġo fihom
Li għandhom it-twieqi u
l-bibien jinfetħu l-ġewwa
Fejn hemm il-fjamma li
tixgħed fis-skiet.
Imbagħad tibda’ tixxennaq
Għal dak li li setgħet
kienet tassew
Is-sejħa tiegħek.
Seta’ kellek dak kollu li
jilma’
F’għajnejn ħaddieħor
Iżda ħarablek minn idejk
Dak li tassew kont int.
Alfred Grech
30/04/2020.
No comments:
Post a Comment