Tuesday, 5 March 2019


Related image

Inti l-Għamla li Trid Tibqa’

Ħares ftit minn wara dahari
u għidli ftit kemm għadda żmien.
Dan hu żmien li ġibt int miegħek
dan hu żmien mirbuħ mill ġdid,
dan hu żmien fejn bdejt inħares
b’lenti ġdida
u stennejt is-seħer ġej.

Ħares ftit lejn din il-għodwa
bdiet timmarka staġun ieħor,
Dan hu żmien fejn nista’ noqħhod
nikkuntempla xefaq ġdid.

Ħares ftit imbagaħad tintebaħ
mhemmx għafejn tagħlaq għajnejk
Inti ġnien mizgħud bil-fjuri
din ir-ruħ ta’ kull xħin jisbaħ
din il-leħħa ta’ kull berqa
illi tiżloq minn għajnejk.

Inti l-għamla li trid tibqa’
mqar xħin jgħaddi kollu ż-mien.

Alfred Grech
05.03.2019  

Monday, 4 March 2019




Għad Jiġi Żmien.

Għad jiġi żmien meta ma tistaqsinix
Mnejn ġejt u trid tagħmilha ta’ anġlu u ta’ xitan
Biex tista tifhem it-taħbiriet
Li għandhom mil-ilwien ta’ xi qawsalla.
U trid tkun tassew luċida u trasparenti
Daqs l-ilma ta’ niexxiegħa
Biex tifhem kliem is-serp li jittradik.
Mill-bqija, tirxoxta u terġa tqum mill-ġdid
Bħal Afrodite minn qalb ir-ragħwa,
Inkella tibqa’ għalxejn tiġġerra
Fit-toroq u s-sqaqien
Tal-irħula u tal-ibliet
Ta’ dawn il-gżejjer iffullati sa ruħ ommhom
U tiskanta li għad hemm min irid
Jimporta aktar nies biex idawwru
Dik il-magna li tissejjaħ
Ekonomija.
Għalxejn tiġġerra qalb l-uċuħ
Ta nies distratti jew illużi
Bid-duħħan tal-frustrazzjoni
Tfittex dak li qed fil-fond bla qiegħ
Tal-univers li hemm ġo fik
U bqajt bla lanqas sibtu.
Jien hu dak l-iblaħ tat-tarokki
Li niżfen fit-tarf tal-preċipizzju
Nittallab merżuq dawl mingħand dawk
Ta’ bla sura u bla qoxra
Mitluf fl-aberrazzjoni ta’ drawwiet
Ta’ kif darrewna.
U fl-aħħar nibda ntenni mqar bħalhom,
Li dan huwa ħelsien
Ħelsien ġdid mil-madmad tal-feddejja
U xorta nibqa’ fuq spallejja nġorr
Il-ħtija għax smajt minnhom,
Iżda mbqagħad, terġa’ u tgħid
Jien x’għażla kelli?
In-nies għaddejja u tibqa’ għaddejja
Purċissjoni bla ma taf tal-purifikazzjoni
Għal maħfra tad-dnubiet u l-wegħedi
Li għamlu ta’ qabilhom.

In-nies għaddejja u tibqa’ għaddejja
Purċissjoni, mingħajr tarf.

Alfred Grech
04/03/2019


Sunday, 3 March 2019






Tagħmilni Bħal Farfett.

Tagħmilni bħal farfett kull xħin taqbadni
bejn idejk u toqgħod tmelles
tnehhili l-għabra minn mal-ġwienaħ
l-ilwien illi jsebbħuni.

Tagħmilli bħaż-żunżan iddur ma rasi
taħlita mistika tas-sensi kollha f’daqqa
ma tħallinix indur minn warda għall-oħra
u l-ward ma jiddakkarx.

Żewġ kalamiti aħna
jew nirrumbaw inkella
nitbiegħdu minn xulxin.
Il-ħin, il waqt jew il-burdata
ma iltaqgħux u qisna galassiji
nitfarrku u nsiru geġwiġija.

Bżieżaq tal arja li jinħlew
sakemm jaslu f’wiċċ l-ilma.

Alfred Grech
03/03/2019

Saturday, 2 March 2019




Fuq Liema Naħħa?

Jekk tibqa’ twebbes rasek mank titwemmen,
Jekk terġa’ tiġi lura tkun maħfur.
Jekk tgħid li int muġugħ nibdew ninfiehmu
Inkella l-ħajt li tela jkun daqs sur.

Int taf li f’tarf it-triq hemm preċipizzju
U taf li għad trid tagħti rendikont,
fil ħaqq universali mbagħad trid tara
jekk inti għaddejt fuq liema naħħa kont.

02.03.2019




You Caled It Love.

You called it love
I called it many things
but whatever it was
it kept us going in a whirlwind
that eclipse the din outside.

You called it love
I called it reverie,
but whatever it was
it kept our believe
that somehow or other the earth is not all round
that we were aliens treading
on foreign soil
thinking that the only thing there is to life
is life.

You called it love
I called it doom
or a path we had forgotten
and which opened up in front of us
blindfolded and restrained
a tunnel through which we had to pass.

Alfred Grech
02-03-2019

Friday, 1 March 2019




Lanqas Xejn ma Jkun Jimporta.

Jien naqra nkun idejk
Waqt li tmellisli,
U int tkun qisek perla mwieżda mill-arzella.

Dan hu lingwaġġ ta’ min hu kompliċi
Għax nasfu t-tnejn li aħna li ġewwa fina
Inġorru nfern u ġenna.

Għalhekk irridu nibnu
Ħitan inevitabbli
Biex ninwadraw kexxun
Fejn ħadd ma jpffendina
Mingħajr ma nħarsu lura
Mingħajr il-ħtieġa ta x’interpretu
Biex nifhmu d-dinja.

Jista’ jkun ma ningħoġbux
Iżda lanqas xejn ma jkun jimporta.

Alfred Grech
01/03/2019




LXVII.

Jien nista’ naħseb biss x’kont int għalija,
U nibki ż-żmien mitluf, il-ħin li skada,
U nista’ għajnejja nagħlaq fil-mistħija,
Inkella bi tbissima naħseb f’għada.

Jien nista’ noqgħod nibki l-ġenn tal-bieraħ,
Inkella ma naħsibx għaliex nitfixkel
Fil-ħafna trufijiet jew fil-ħolm fieragħ
Li għada din xortija gad tinbidel.

Jien nista’ nieqaf hawn, għax hawn int ħdejja,
U nerġa’ f’moħħi mmur minn fejn ħallejna,
Inħassar il-ħażin li ġibt b’idejja,
U naqbdu t-triq li minna konna għaddejna.

Għalkemm l-imgħoddi tqil inġorru miegħi
Ser nibda ngħix illum, għax illum tiegħi.

Alfred Grech
18-01-2013