Sunday, 7 June 2020



When You're Gone Painting — Hillustrated

And Then We Go.

And then we go
when we are no more
all our preferences will be lost
our likes and our dislikes
not that they ever mattered
things that we lived for
and got upset if we missed or did not get.

When we are gone
all the energy is gone, all the thrust, the verve
and all the particles or waves
that made us what we were
assimilate into something that is not there
perhaps less stupid
and less perceptible.

When we are gone
even the meaning of what we were is lost
we do not believe in fairy tales any more
the memory, or the narrative
to which we clang
like drifting immigrants.

Alfred Grech
07/06/2020


Saturday, 6 June 2020


After The Pandemic


Xħin Ħriġna Mill-Ġenna tal-Art.

Xħin ħriġna mill-ġenna tal-art
Kien bħal kull filgħodu meta nqumu ma nafux
Il-jum x’ser jagħti
Lesti għal kull ma jiġi.

Xħin ħriġna mill-ġenna tal-art
Sibna l-assurdita’
Sibna d-dħaħen u n-nugrufun imxajtan
Tal-industrija
Il-konkrit u t-trab tal-bini qed jiżdied
U sibna lill-ġullara tal-qorti tal-imperatur
Iqawwulna qalbna
U jgidulna li kollox se jerġa’ għall li kien.

Xħin ħriġna mill-ġenna tal-art
Sibna li kollox kien gidba
Sibna li n-numri ma jaqblux
U kollox kien ħolma waħda
Għaliex il-jasar kien
Fil-ħajja ta’ kulljum
U għax issa wkoll spiċċajna wkoll
Ma dawk li ma jemmnux.

Alfred Grech
06/06/2020.

Friday, 5 June 2020


8 Tips to Help Move-On - TheLoveMatters.net

Irridu Nkomplu

Irridu nkomplu nistagħdu
Daqskieku għadna ħajjin
Imqar issa li l-preżenza tagħna
Saret ingombranti
Għax huma jriduk tħobbhom
Iridu l-wegħedi fiergħa
Iridu s-sigurta’
Iridu x-xkiel
Biex ma nimirħux aktar.
Dan ma jfissirx li l-massa għandha raġun
Ifisser biss ki rridu naqdfu
U noqgħodu ftit għall-ġenb
Għax iweġġgħuna.

Alfred Grech
05/06/2020.

Thursday, 4 June 2020


New Identity — Design Anthology

You Have.

You have another echo telling you
What you used to do
How things are not the same
And how the mgic has all gone.

You have another angel
Whispering in your ears
The flasehood and simulations
Of other days and how the times
Have changed.

You have another voice of conscience
Telling you how much you have changed
That you have wronged  her
And how that you don’t care.

But you know very well inside of you
That nothing changed
That you are still the same
And this is but another game.

Alfred Grech.
04/06/2020.

Wednesday, 3 June 2020


DISBELIEF Original Abstract Cubism Acrylic Painting Portrait ACEO ...


Minn Dak Kollu Li Għedtulna.

Minn dak kollu li għedtulna ma kien xejn
U lanqas il-ħarsa t’għajnjkom
M’għadna niftakru.
U issa lanqas nafu aktar
Lil min se nemmnu.
Hawn wisq bżar fl-għajnejn
U x-xita qliel ta’ gideb ma waqfitx
U issa lanqas nafu aktar
Lil min se nibdew nemmnu.
U ma nafux meta se tibda toqgħod
l-għabra
għax hemm wisq biki tas-sireni.
Ix-xewqa qatt ma ntilfet
Għad-deheb li ma kienx hemm
Hemm biss, għarar u tkissir
Ta’ spazji ġa meħuda.

Imbagħad nibdew nitolbu
Aħna wkoll ġħal aktar kastig
Ħalli magħna jmutu wkoll
L-allat t’olimpu.

Alfred Grech
03/06/2020.

Tuesday, 2 June 2020


Collision Of 2 Neutron Stars – Seen For First Time – Spews Massive ...

Hekk Naf inħobbok Jien.


Iżda jien ma nafx inħobbok
Jekk mhux bħan-naħal li jidħol ġewwa l-warda
U jogħodos fil-benna tagħha
Inkella bħal frafett li jiżżegleg u jiiżżarġan
Minn fuq warda għal fuq l-oħra.

Iżda jien ma nistagħax inħobbok
Jekk mhux fid-duħħan u ċ-ċpar
Tal-alluċiazzjoni ta’ waqt wieħed
Li jiswa’ eternita’
Biex għada nqumu t-tnejn li aħna
Nistqasu lil xulxin: aħna min aħna.

Għax jien hekk biss naf inħobbok
Fil-kollizzjoni xemx ma xemx oħra.

Hekk naf inħobbok jien.

Alfred Grech
02/06/2020.

Monday, 1 June 2020


What Coronavirus Isolation Could Do to Your Mind (and Body) | WIRED

Issa li Għaddiet il-Maltempata.

Issa li għaddiet il-Maltempata
U l-ward li tmejjel reġa’ refa’ rasu
Nistaqsu dan kollu kienx hemm għalfejn
Nistaqsu jekk dal-biża jnixxi
Minn xquq il-ħitan tas-sejjieħ
Kienx mistħoqq.
Issa li l-passa għaddiet u nerġgħu nistgħu
Bħall- bebbux nixirfu rasna minn ġol qoxra
Nistaqsu x’kien tassew li żammna
Magħammdin u magħluqin fil ħabs ta’ ruħna.
Jekk kienx il-biża tal-iħirsa
Jew l-għadu kienx tassew
Mistoħbi wara l-kantuniera
Lest biex jaqbeż fuqna, jew jitkixxef
X’jagħmlu n-nies xħin jinġemgħu
F’merħla.
X’nagħmlu issa tgħid
Li minn dak kollu ma kien xejn,
Inwaħħlu f’min webbilna
U mewwtilna kull kuraġġ?

Alfred Grech.
01/06/2020.